Il-filosofija tagħna toħroġ mill-valuri ewlenin tas-Servizz Pubbliku, fejn kull azzjoni tkun iffokata fuq il-ġid komuni taċ-Ċittadini. Aħna nistinkaw biex l-Amministrazzjoni Pubblika twassal servizz t'eċċellenza billi tgħaqqad u tikkoordina flimkien l-isforzi tal-Ministeri, dipartimenti u organizzazzjonijiet oħra sabiex dan kollu jwassal għal azzjonijiet effettivi u effiċjenti, u li jiżguraw governanza tajba.
Ir-rwol ewlieni tad-Diviżjoni tal-Koordinazzjoni u Implimentazzjoni hu li jagħti appoġġ lill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, u li jippromwovi l-prijoritajiet tiegħu mal-Amministrazzjoni Pubblika kollha. Il-pożizzjoni ċentrali ta' din id-diviżjoni tippermetti li l-burokraziji assoċjati mal-Amministrazzjoni Pubblika, ikunu ndirizzati billi tgħolli l-livell tal-koordinazzjoni u li tittieħed azzjoni.
Il-ħsieb wara din id-diviżjoni jiġi minn dawn il-prijoritajiet:
Tagħti servizz t'eċċellenza, li huwa aċċessibbli u viżibbli;
Tikkoordina l-azzjoni bejn il-korpi differenti tal-Amministrazzjoni Pubblika billi tkun effiċjenti u effettiva;
Tippromwovi l-prinċipji t'akkontabiltà, integrità u governanza tajba;
Tissorvelja u ssus fuq l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-gvern;
B'modi ġodda tagħti direzzjoni rigward ir-rispons lejn l-isfidi li jiltaqgħu magħhom il-Ministeri u dipartimenti kollha tal-gvern;
Dawn il-prijoritajiet huma minquxa fil-missjoni tad-Direttorati li jiffurmaw din id-Diviżjoni. Ix-xogħol ta' dawn id-Direttorati kontinwament jimmira lejn rati għola ta' koordinazzjoni u implimentazzjoni:
Direttorat għal Azzjoni ta' Governanza
Jara li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula minn istituzzjonijiet konċernati jippromwovu l-integrità u governanza tajba mal-amministrazzjoni pubblika kollha. IDĦOL FIL-PAĠNA
Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Ispezzjonijiet
Jiffaċilita l-approċċ kollaborattiv lejn ix-xogħol ta' wħud mit-taqsimiet tal-infurzar fi ħdan l-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika - bil-għan li jnaqqsu l-burokrazija, jippromwovi t-trasparenza, u jara li osservanza effettiva qiegħda tiġi applikata. IDĦOL FIL-PAĠNA
Direttorat għall-Implimentazzjoni
Iħares u jsus wara l-impenn ta' kull organizzazzjoni fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika fuq proġetti li jimplementaw il-miżuri tal-baġit, waqt koordinazzjoni ma' proġetti u inizjattivi oħra li jkunu qed jiġu implimentati.. IDĦOL FIL-PAĠNA
Taqsima għall-Ġestjoni tad-Dokumenti
Tikkoordina u tiġġestjona t-transizzjoni għad-diġitalizzazzjoni tad-dokumenti tar-reġistri fi ħdan is-servizz pubbliku b'teknoloġija emerġenti, u għalhekk, qed jiġu applikati business processes reengineering biex jirriflettu modi ġodda ta' ħidmiet u kollaborazzjoni. IDĦOL FIL-PAĠNA