Ir-Rwol Tagħna

​ 

Ir-rwol tat-Taqsima għall-Ġestjoni ta' Dokumenti (Document Management Unit - DMU) huwa li tmexxi t-transizzjoni lejn kultura diġitali fis-Servizz Pubbliku. L-għan ewlieni tagħha huwa li tistabbilixxi u żżomm struttura li tippjana, timplimenta, u tappoġġa l-introduzzjoni ta' Sistema ta' Ġestjoni ta' Dokumenti Korporattiv (Corporate Document Management System – CDMS) ibbażata fuq 'Setturi', f'konformità mal-politiki u r-regolamenti.

Barra minn hekk, id-DMU ser testendi l-appoġġ għall-Uffiċji tar-Registry kollha, sabiex tagħti l-għajnuna neċessarja u kif ukoll tkun ta' sostenn. Ser tinvolvi ruħha b'mod attiv fir-reviżjoni tal-prattiċi attwali tal-ġestjoni tad-dokumenti prevalenti fl-Uffiċċji tar-Registry, billi tiġbor l-informazzjoni meħtieġa biex tintuża fl-iżvilupp ta' politiki u proċeduri komprensivi mfassla biex jippromwovu l-firxa tal-adozzjoni tas-sistema. Barra minn hekk, id-DMU se twettaq sessjonijiet ta' taħriġ għall-impjegati biex tiżgura ftehim u konformità bir-reqqa ma' dawn il-linji gwida stabbiliti.