L-amministrazzjoni pubblika kontinwament taħdem sabiex issaħħaħ l-istrutturi tal-governanza u l-kontabbiltà b'mezzi teknoloġiċi kif ukoll b'direttivi u linji politiċi li jiġu Employees and Board Members, li hija l-Ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, tiġbor fiha l-prinċipji u l-obbligi li jirregolaw l-imġieba tal-ħaddiema pubbliċi. Inizjattiva oħra importanti f'din id-direzzjoni kienet it-tnedija tal-Integrity and Ethics Awareness and Learning (IEAL) Programme.
Il-Programm IEAL huwa mmirat sabiex itejjeb l-istandard tal-integrità fix-xogħol ta' kuljum tal-ħaddiema tal-gvern. Il-ħaddiema qed jiġu offruti programm ta' żvilupp sabiex ikabbru l-għarfien tagħhom dwar ir-responsabbiltà meħtieġa fit-teħid ta' deċiżjonijiet u fl-azzjonijiet tagħhom. Il-programm iservi wkoll ta' gwida u jippreżenta riflessjonijiet fuq kif wieħed għandu jieħu deċiżjonijiet etikament korretti meta jiġi affaċċjat b'sitwazzjonijiet skomdi u dubjużi.
Permezz ta' Direttiva 15, li daħlet fis-seħħ fl-20 t'April 2021, il-programm IEAL sar mandatorju għall-kategoriji ta' impjegati li r-rwol u r-responsabbiltajiet tagħhom huma suxxettibbli għal riskju għoli, li jinkludu:
Uffiċjali pubbliċi li jokkupaw postijiet fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika li huma elenkati fi Skeda Sitta tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika; u
Kandidati prospettivi għal karigi għolja ta' maniġment (Kategorija A – Karigi Prinċipali Skali 1 – 5)
L-impjegati fis-Sitt Skeda tal- Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika huma obbligati li jirrepetu l-eżami kull sentejn.
B'effett minn Jannar 2024, il-programm tal-IEAL ġie mġedded u trasformat f'kors formattiv, ibbażat fuq każijiet fattwali li jiġu maqsuma u diskussi wiċċ imb'wiċċ bejn il-parteċipanti matul Il-laqgħat ta' taħriġ. Dan b'kuntrast ma' qabel fejn il-programm kien jiġi segwit b'mod individwali permezz ta' sistema elettronika. Il-Programm tal-IEAL, fil-format ġdid tiegħu, qed jingħata lill-uffiċjali pubbliċi li għandhom kariga ta' tmexxija. Fil-futur, il-programm jiġi estiż għall-impjegati pubbliċi kollha.
Il-programm tal-IEAL jikkonsisti fi tliet sessjonijiet formattivi li jiffukaw fuq: Kunċetti, Għarfien, u l-Qafas tal-Integrità. Il-programm jipprovdi lill-parteċipanti b'materjal siewi u punti kritiċi rigward kondotta xierqa fuq il-post tax-xogħol. Jipprovdi wkoll gwida u riflessjonijiet dwar kif u għaliex jinbtu dilemmi etiċi u x'wieħed irid jikkonsidra meta jiġi biex jiddeċiedi liema hi, etikament, l-aħjar deċiżjoni korretta.
Wara t-tielet sessjoni, il-parteċipanti huma mistennija joqogħdu għal assessment mandatorju u jgħaddu minnu. It-test hu ta' 30 minuta u l-parteċipanti jridu jwieġbu mistoqsijiet fil-format ta' multiple choice.
Dawk l-uffiċjali li ma jgħaddux mill-assessment huma mitluba jirrepetu t-tielet sessjoni tal-Programm (Il-Qafas tal-Integrità) u wara jerġgħu joqogħdu għat-test.
Id-Direttorat għal Azzjoni ta' Governanza jimmaniġġja l-programm tal-IEAL id f'id mal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS), fi ħdan il-People & Standards Division (P&SD). Kull tant żmien id-Direttorat għal Azzjoni ta' Governanza jidentifika parteċipanti għall-programm u jgħaddi l-lista lill-IPS. Bħala amministraturi tas-sistema tat-taħriġ, l-IPS jibagħtu notifika lill-parteċipanti fejn dawn tal-aħħar jiġu mitluba jirreġistraw għall-Programm.
Id-Direttorat iwieġeb għall-mistoqsijiet u diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-parteċipanti, isegwi l-attendenza tal-parteċipanti u r-riżultati miksuba fl-eżamijiet. Statistiċi u rapport relatati jiġu mgħoddija lis-Segretarji Permanenti rispettivi, flimkien mal-lista ta' parteċipanti taħt ir-responsabilità tagħhom b'dettalji dwar min għadda jew min weħel mill-assessment, u min ma għamilx il-Programm mingħajr ebda spjegazzjoni jew ġustifikazzjoni. Permezz ta' Direttiva 15, is-Segretarji Permanenti għandhom is-setgħa li jieħdu passi dixxiplinarji kontra min ma jobdix id-direttiva.