Xogħolna
Il-missjoni tagħna hija li nxerrrdu l-għarfien fuq il-prinċipji ta’ kontabbiltà u ta’ integrità f’kull biċċa xogħol li jwettqu l-uffiċjali pubbliċi, sakemm naslu biex noffru lill-pubbliku servizz ta’ eċċellenza.
Il-Viżjoni tagħna
Fid-Direttorat għal Azzjoni ta’ Governanza, li ġie mwaqqaf dan l-aħħar, aħna l-impjegati nagħmlu l-almu tagħna sabiex intejbu l-livell ta’ kontabbiltà, ta’ trasparenza u ta’ tmexxija tajba fl-operat tas-Servizz Pubbliku u tal-Amministrazzjoni Pubblika usa’. Għan ieħor tat-tim tagħna huwa li nsaħħu u nippromwovu l-ogħla standards ta’ imġieba etika fl-Amministrazzjoni Pubblika.
Il-Valuri tagħna
L-impenn tagħna huwa li nsaħħu l-valuri tas-Servizz Pubbliku kif ukoll li nkattru l-kuxjenza u l-għarfien dwar dawn il-valuri fl-impjegati kollha tal-gvern filwaqt li nagħmlu ħilitna sabiex inkunu punt ta’ referenza għalihom fuq kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ tmexxija u integrità.