Fid-Direttorat għal Azzjoni ta' Governanza, dan l-aħħar ġiet imwaqqfa t-Taqsima tal-Konformità. Ġew reklutati żewġ Uffiċjali ta' Konformità sabiex ikunu jistgħu jsegwu l-progress fuq dawk il-verifiki li jkunu ġew identifikati milll-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu Report by the Auditor General – Public Accounts (20XX) u li kienu wkoll ġew irrapurtati fuq il-pubblikazzjoni annwali tad-direttorat tal-Governanza NAO's Report on Public Accounts (20XX) and other NAO Reports (20XX).
Hija r-responsabbiltà tat-Taqsima tal-Konformità sabiex tassigura li l-azzjonijiet proposti mill-ministeru, li kienu ġew imwiegħda li twettqu jew li se jitwettqu, sabiex jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali, saru jew qed isiru tassew u b'mod effettiv. It-taqsima dan tagħmlu kemm mill-uffiċċju, billi tagħmel skrutinju tal-verifika, tiġbor evidenza u dokumentazzjoni meħtieġa, kif ukoll permezz ta' laqgħat mal-uffiċjal/i konċernati. Fl-aħħar tal-istudju isir rapport bil-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li jiġu approvati mis-Segretarju Permanenti (Kordinazzjoni u Implimentazzjoni) u mibgħuta lis-Segretarju Permanenti rispettiv.
It-taqsima hija wkoll kommessa li tanalizza dawk il-każijiet tal-Ombudsman fejn ikun innotat li hemm nuqqas fl-operat tal-amministrazzjoni pubblika.