Sa mill-2014, id-Direttorat għall-Implimentazzjoni jieħu ħsieb l-koordinament u l-ixprunar għall-implimentazzjoni tal-miżuri tal-baġit u proġetti kruċjali oħra identifikati mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti ewlieni. Fir-rwol tagħna, nistinkaw sabiex niġbru flimkien Ministeri, entitajiet, u korpi pubbliċi u b'hekk inwasslu b'mod dejjem aħjar servizzi effiċjenti u effettivi lejn iċ-Ċittadin. Dan isir permezz ta' monitoraġġ, tmexxija, u koordinazzjoni tal-proċess t'implimentazzjoni tal-miżuri u l-proġetti tal-Gvern.

It-tluq taċ-ċiklu t'implimentazzjoni jibda mat-tħabbira annwali tad-diskors tal-baġit, fejn immedjatament id-Direttorat jalloka l-miżuri lill-Ministeri responsabbli sabiex jibdew l-implimentazzjoni tagħhom. Waqt il-proċess jiġi żgurat li kull miżura tkun imfassla fuq pjan t'azzjoni sabiex t-twettieq tal-proġett ikun wieħed ta' suċċess. Kull xahar nagħrblu r-rapporti tal-implimentazzjoni mill-Ministeri u jitqabblu mal-pjan t'azzjoni kif ġie approvat. Apparti dan, kull proġett jiġi segwit permezz ta' laqgħat mal-Ministeri u żjarat fuq il-lant tax-xogħol sabiex niżguraw monitoraġġ kontinwu u sħiħ.

Barra minn hekk, kull xahar jiġi kkompilat rapport analitiku dwar l-istat tal-implimentazzjoni u jintbgħat lis-Segretarju Permanenti Ewlieni u lill-Ministeri kollha. Dan ir-rapport joffri għarfien dwar l-istat attwali taċ-ċiklu t'implimentazzjoni tal-miżuri tal-baġit u l-proġetti ewlenin tal-Gvern, sabiex tinħoloq konverġenza fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika lejn Servizz t'Eċċellenza.

Fl-aħħar nett, kull sena nippubblikaw rapport annwali dwar it-twettieq tal-Baġit kif ukoll deskrizzjoni tal-istat attwali ta' kull miżura. Permezz ta' dan, id-Direttorat jipprovdi trasparenza u akkontabilità tal-Gvern lejn iċ-Ċittadin.​