​Il-qalba tal-filosofija tagħna tiffoka fuq s-servizz t'eċċellenza. Ħidmietna hija ddedikata lejn l-iżgurar tat-twettieq effettiv u effiċjenti tal-proġetti tal-Amministrazzjoni Pubblika ta' Malta. Xogħolna huwa msejjes fuq il-valuri tal-akkontabilità, it-trasparenza u l-koordinazzjoni.

Id-Direttorat għall-Implimentazzjoni għandu rwol ċentrali fit-tmexxija tal-implimentazzjoni tal-prijoritajiet misjuqa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni. Permezz ta' monitoraġġ kontinwu, tmexxija proattiva, u koordinazzjoni, inħabirku sabiex nagħqdu flimkien Ministeri, dipartimenti, entitajiet, u korpi pubbliċi għat-twettieq tal-proġetti u l-miżuri tal-baġit b'suċċess.

L-aspirazzjoni tagħna hija li nistabilixxu livell ta' eċċellenza fil-governanza. ​​