Funzjonijiet ta’ dan l-Uffiċċju

​L-ispezzjonijiet huma meħtieġa sabiex jiġi assigurat illi l-istabbilimenti josservaw il-liġijiet li jirregolawhom. Sa ftit tas-snin ilu, kull entità tal-Gvern kienet tibgħat l-ispetturi tagħha jagħmlu l-ispezzjonijiet neċessarji fis-setturi rispettivi tagħhom. Dan kien jirriżulta f’ħafna spezzjonijiet fl-istess stabbiliment u kien qed joħloq inkonvenjenza għas-sidien tal-istabbilimenti.

Għalhekk inħass il-bżonn li ssir riforma fil-mod ta’ kif isiru l-ispezzjonijiet minn entitajiet tal-Gvern. Fl-2017 daħal fis-seħħ l-Att li Jikkordina l-Ispezzjonijiet tal-Gvern (Kap. 568) u twaqqaf l-Uffiċċju li jikkordina l-ispezzjonijiet sabiex jara li dawn isiru aktar trasparenti u strutturati. Apparti hekk, dan l-Uffiċċju jara li, fejn hu possibbli, jmur spettur wieħed u jiġbor informazzjoni għall-entitajiet l-oħra involuti.


Agħfas hawn​ għal aktar informazzjoni.


“High Standard of Compliance”

Ikklikkja fuq il-logo għal-lista ta’ negozji li kisbu ċ-ċertifikat ta' “High Standard of Compliance”.


High Standard os Complince Certificate