Operaturi tan-negozju li jinstab li għandhom livell għoli ta’ osservanza tal-leġiżlazzjonijiet li jirregolawhom jingħataw iċ-ċertifikat “High Standard of Compliance”.
Biex ikun eliġibbli għaċ-ċertifikat, operatur ta’ negozju jrid ikun regolat u spezzjonat minn spettorat wieħed, jew aktar, elenkati fl-Iskeda fil-Kap. 568 tal-Liġijiet ta’ Malta.
L-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva bdiet bin-negozji li jbiegħu l-apparat tad-dar. Aktar tipi ta' negozji qed jiżdiedu b'mod gradwali.